Uża biċċiet żgħar ta' karti tat-tajr ikkuluriti u tihom lit-tfal biex irembluhom fi blalen żgħar biex jagħmlu il-ġojjelli għal fuq il-kuruni tagħhom jew jistgħu iwaħħluhom direttament bħala 'collage' fuq il-kuruna.Agħżel il-forma li togħġbok u kklikkja fuqha biex tnizzilha.
Ipprintjaha u waħħal il-biċċiet kollha tagħha biex tifforma kuruna.
Waħħal il-forma fuq kartonċina biex tiġi aktar soda u qasqasha.
It-tfal ikunu jistgħu ukoll jużaw il-kuluri tax-xemgħa jew tal-lapes biex ikomplu jżejnuha.
Fl-aħħar għaqqad iż-żewġ truf flimkien bi stapeler biex tkun tista' tintlibes mit-tfal.
Anġlu
X'għandek bżonn: forma tal-anġlu, kartonċina, kuluri, affarijiet biex jitwaħħlu mal-anġlu bħala tiżjin, kolla, mqass u stapeler.
Ikklikkja fuq din il-forma biex tnizzilha.
Ipprintjaha u waħħalha fuq kartonċina biex tiġi aktar soda u qasqasha.
Żejjen l-anġlu kif trid. (Eż: bil-kuluri, billi twaħħal xi karti kkuluriti, għaġin miżbugħ, stikers, biċċiet tad-drapp jew suf...)
X'ħin tlesti, għaqqad in-naħħa mmarkata A ma' B bi staple.
Presepju X'għandek bżonn: forom tal-pasturi kollha, kartonċin, kaxxa taż-żraben imdaqqsa, kaxxa taċ-ċereali kbira, kaxxa tas-sulfarini, brown paper, naqra serratura, kolla u mqass.
Sib kaxxa taż-żraben u iksiha bil-brown paper minn ġewwa u minn barra.
Aqta' il-faċċata tal-kaxxa taċ-ċereali u iksiha wkoll bil-brown paper.
Waħħal il-kaxxa taż-żraben mill-ġenb fuq il-kartuna taċ-ċereali biex tifforma l-għar.
Idlek il-parti kollha li se tiġi l-art bil-kolla u ferrex ftit serratura biex tiġi l-art tal-presepju.
Ipprintjhom kollha u waħħalhom fuq kartonċina biex jiġu aktar sodi u qasqashom.
Itwi l-biċċa ta' taħt kull pastur b'tali mod li joqgħodu weqfin.
Biex tagħmel il-maxtura, waħħal l-istampa tat-tiben fuq kaxxa tas-sulfarini.
Ħalli t-tfal ipoġġu l-pasturi fil-prasepju. Jekk trid tista' twaħħalhom imma jekk le, t-tfal ikunu jistgħu jirrakkuntaw il-ġrajja tal-Milied filwaqt li jċaqalqu l-pasturi skond l-istorja.